Aphroconfuso

By: Aphroconfuso
  • Summary

  • Il-podcast tal-ġurnal letterarju Aphroconfuso. L-isem ġej mill-ewwel deskrizzjoni stampata li għandna tan-nies li kienu jgħixu fil-gżejjer Maltin, Insulae Melitae Descriptio ta’ Jean Quintin, Lyon 1536: “Siculo sunt homines ingenio, Aphro confuso: ad praelia parum fortes & commodi.” In-nies huma ta’ karattru Sqalli, imħallat mal-Afrikan, mhumiex mibnija għall-ġlied, u ma jinqalgħux għalih. L-isem huwa rilevanti iktar bħala sintomu milli bħala xi aġenda speċifika. Nuru kunfidenza u kurżità dwar l-identità Maltija fuq orizzonti ġodda lil hinn mill-binarji klassiċi ta’ Malti/Ingliż u Malti/Taljan. Konxji wkoll mill-fatt li l-Malti issa sar jintuża minn barranin li ġew joqogħdu Malta u li b’hekk qed jinħolqu orizzonti interni għall-ilsien Malti u nisperaw li fil-futur, bħala ġurnal, nibdew niskopruhom ukoll.

    Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

    Aphroconfuso
    Show More Show Less
Episodes
  • Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru wieħed - Kris Polidano
    Jan 10 2025

    « Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess mod, il-forom ta’ kif norqdu u nindifnu kollha għandhom il-konnotazzjonijiet tagħhom. »


    Din il-kullana nkitbet bħala parti minn The Sound of You Dreaming, wirja ta’ Paul Scerri fi Spazju Kreattiv, il-Belt, bejn is-17 ta’ Jannar u d-9 ta’ Marzu 2025. The Sound of You Dreaming jagħmel parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv 2024/2025, u huwa sponsorjat minn Arts Council Malta, bis-sapport ta’ Light Design Solutions, Valletta Contemporary Gallery, APS Bank, SAW Ltd, u Interior Outfitters.


    https://aphroconfuso.mt/kris-polidano-kullana-ta-għanjiet-dwar-il-ħolm-2-forma-numru-wieħed/


    Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

    Show More Show Less
    1 min
  • Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Prefazju numru wieħed - Kris Polidano
    Jan 10 2025

    « Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess mod, il-forom ta’ kif norqdu u nindifnu kollha għandhom il-konnotazzjonijiet tagħhom. »


    Din il-kullana nkitbet bħala parti minn The Sound of You Dreaming, wirja ta’ Paul Scerri fi Spazju Kreattiv, il-Belt, bejn is-17 ta’ Jannar u d-9 ta’ Marzu 2025. The Sound of You Dreaming jagħmel parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv 2024/2025, u huwa sponsorjat minn Arts Council Malta, bis-sapport ta’ Light Design Solutions, Valletta Contemporary Gallery, APS Bank, SAW Ltd, u Interior Outfitters.


    https://aphroconfuso.mt/kris-polidano-kullana-ta-għanjiet-dwar-il-ħolm-1-prefazju-numru-wieħed/


    Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

    Show More Show Less
    2 mins
  • lil poeta li qalli li qed jikteb bħal wieħed vera xiħ dan l-aħħar - Jasmine Bajada
    Dec 9 2024

    Jasmine Bajada taqra “lil poeta li qalli li qed jikteb bħal wieħed vera xiħ dan l-aħħar”.


    https://aphroconfuso.mt/jasmine-bajada-lil-poeta-li-qalli-li-qed-jikteb-bħal-wieħed-vera-xiħ-dan-l-aħħar/


    Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

    Show More Show Less
    2 mins

What listeners say about Aphroconfuso

Average customer ratings

Reviews - Please select the tabs below to change the source of reviews.